DiscoverTiegħi Tiegħek Tagħna
Tiegħi Tiegħek Tagħna
Claim Ownership

Tiegħi Tiegħek Tagħna

Author: Tiegħi Tiegħek Tagħna

Subscribed: 4Played: 35
Share

Description

Il-Podcast fejn niddibattu, nidħadtu u niddiskutu l-opinjonijiet tiegħi, tiegħek u tagħna flimkien ma' Keith u Craig.
82 Episodes
Reverse
Din il-ġimgħa Keith jagħti lil Craig eżami dwar l-għarfien ġenerali waqt li jkun qed isajjar. Kaos totali, b'twissija ta' storbju qawwi.Dan l-episodju huwa prodott ta’ Craig Gafa’ u Keith St John. L-affarijiet kollha msemmija f’dan l-episodju jintużaw għal skopijiet ta’ divertiment biss.Follow Tieghi Tieghek Taghna on Instagram @tieghi_tieghek_taghna
Din il-ġimgħa se nirrakkontaw l-istejjer ta' meta ltqajna ma' Rose Gray...u meta Keith gideb f'wiċċ Heidi Montag. Se niddiskutu wkoll il-ġlied kollu li seħħ f'dawn l-aħħar ġimgħat online.Dan l-episodju huwa prodott ta’ Craig Gafa’ u Keith St John. L-affarijiet kollha msemmija f’dan l-episodju jintużaw għal skopijiet ta’ divertiment biss.Follow Tieghi Tieghek Taghna on Instagram @tieghi_tieghek_taghna
Irritornajna b'mod trijonfanti, minħabba d-domanda popolari tas-semmiegħa. F'dan l-episodju niddiskutu x'qed nagħmlu matul il-waqfa tagħna, mużika ġdida u l-ġimgħa tal-Malta Pride.Dan l-episodju huwa prodott ta’ Craig Gafa’ u Keith St John. L-affarijiet kollha msemmija f’dan l-episodju jintużaw għal skopijiet ta’ divertiment biss.Follow Tieghi Tieghek Taghna on Instagram @tieghi_tieghek_taghna
Din il-ġimgħa niddiskutu l-ewwel semi-finali tal-Eurovision, Madonna u l-MET
Din il-ġimgħa nitkellmu dwar il-vaganza tagħna f’Lisbona, l-ewwel edizzjoni ta’ Serve u nikklassifikaw kull kanzunetta tal-Eurovision.
Din il-ġimgħa nitkellmu dwar films ġodda tal-biża’, il-Press Tour ta’ Sarah Bonnici u niddiskutu suġġett jaħraq, il-kinks.
Din il-ġimgħa nitkellmu dwar reality tv shows, il-bejgħ baxx ta’ biljetti ta’ Justin u Jennifer u “CowBoy Carter”
Din il-ġimgħa niddiskutu ċ-ċelebrazzjoni ta' għeluq snin Craig, Jum San Patrizju u slang gay.
Erġajna lura wara waqfa qasira biex niddiskutu l-avvenimenti tal-kultura pop mill-aħħar ġimgħatejn. Fejn hi Kate? X’ġara minn Willy Wonka fi Glasgow? Għoġobna l-album ta’ Ariana?
Waħda mid-Drag Queens ewlenin f'Malta, Trihanna Wilde, tingħaqad magħna fl-episodju tal-lum biex tiddiskuti l-vjaġġ tagħha tad-drag, il-proġetti tagħha, u l-aktar importanti - is-single l-ġdida tagħha Patata.
Din il-ġimgħa niddiskutu kif nippronunzjaw sew isem Zendaya, Alfred Sant u l-kummenti tiegħu dwar Banana, u kollox dwar ix-xagħar.
Din il-ġimgħa niddiskutu l-imħabba – l-imħabba ġdida ta’ Craig għall-mużika country u musicals, Jum San Valentinu u r-relazzjonijiet.
Din il-ġimgħa, l-episodju jinqasam fi tnejn - qabel il-Finali u wara. L-ewwel nimxu fuq il-video mużikali, narawhom live għall-ewwel darba waqt li nirrekordjaw, u mbagħad niddiskutu l-Finali.
Din il-ġimgħa niddiskutu fil-qosor il-previews tal-video mużikali tal-MESC, u d-dinja tal-fandoms - huma kult? liema huma l-aħjar u l-agħar? Ismagħna u skopri.
Din il-ġimgħa nitkellmu dwar il-mistħija, mumenti li huma imbarazzanti mingħajr raġuni u l-istejjer imbarazzanti tagħna u wkoll tas-semmiegħa u s-segwaċi stmati tagħna.
Din il-ġimgħa niddiskutu kull ħaġa relatata maċ-charts tal-mużika. Min iċċartja, min le, u nniedu kampanja ġdida biex insalvaw l-iTunes tal-Maltin #saveitunesmalta
Din il-ġimgħa nitkellmu dwar l-ispettaklu meraviljuż ta’ Kwijns, “Rajt Malta Timbaram” u wkoll dwar monumenti, sbieħ, strambi u kbar.
Nagħtu bidu għas-sena l-ġdida bid-dildo famuż tal-Erasmus, il-Vengaboys f’Għawdex u d-dissezzjoni tas-Season 16 Queens!
It-tieni parti tal-kollaborazzjoni omosesswali tas-sena, ma’ Kurt u Sarah mill-Ħass u il-Bass – niddiskutu s-Sena l-Ġdida, memorji ta’ dan il-jum ta’ ċelebrazzjoni u nilagħbu wkoll logħba kemm xejn pikkanti.
Din il-ġimgħa huwa episodju Speċjali tal-Milied ma’ Valentina Rossi. Nistaqsuha l-mistoqsijiet importanti kollha bħal għaliex iżżejjen fis-Sajf, x'inhi l-kanzunetta favorita tagħha tal-Milied, l-aktar dekorazzjoni stramba u ħafna aktar.
loading
Comments