Il-Ħass Mal-Bass

Il-poddata ideali għal min iħobb iħallat il-ħass mal-bass, miġjub lilkom minn Kurt u Sarah.

IL-ĦASS MAL-BASSELS: Ir-Ritorn Trijonfali dirett minn Brussell

Il-Ħass Mal-Bass jerġa’ lura għal episodju speċjali miġjub lilkom minn qalb Brass Eels u l-crack huwa aqwa minn qatt qabel. Kurt u Sarah jaqsmu brudatini li ilhom ibaqbqu għal xi żmien, filwaqt li jirriflettu fuq l-aktar aġġornament riċenti u pertinenti f’ħajjithom.Kelliema: Kurt (IG @k.rt) u Sarah (IG @shreksb00b)Logo: Félix (IG @felix.afc)

12-01
01:05:39

S2E18: Dating Apps, Ħbiberiji Diġitali, u Ħiliet Soċjali

Fl-episodju tal-lum nieħdu spunt minn brudatina li rċevejna mill-udjenza u nittrasformawha f’sessjoni taħraq tal-Qaħbarijiet. Kemm hu tal-bruda li tuża dating apps u tiltaqa’ mal-maħbubinu tiegħek online? L-ispazju diġitali qiegħed inaqqar mill-kapaċità tagħna ninteraġixxu wiċċ imb wiċċ?  Kelliema: Kurt (IG @k.rt) u Sarah (IG @shreksb00b) Logo: Félix (IG @felix.afc) Mużika ta' ftuħ u għeluq: "Breaktime" ta' Kevin MacLeod (Liċenzja Creative Commons Attribution 3.0 Unported)

09-10
01:13:22

S2E17: X'Jiġifieri Tkun Taf Tuża Lingwa "Sew"?

'Il fuq minn 40 episodju wara, illum fuq il-ĦMB nerġgħu niddedikaw it-tema ewlenija għas-suġġett inawgurali tal-poddata, jiġifieri l-lingwa Maltija u l-imġiba kultant bażwija tagħna fil-konfront tagħha. U nerġgħu nittantaw xortina b'segment tal-ftuħ miġbud live! Kelliema: Kurt (IG @k.rt) u Sarah (IG @shreksb00b) Logo: Félix (IG @felix.afc) Mużika ta' ftuħ u għeluq: "Breaktime" ta' Kevin MacLeod (Liċenzja Creative Commons Attribution 3.0 Unported)

09-03
01:13:27

S2E16: Video Games għal Video Gays – u ĦMB Live?

Lana del Rey veru kellha raġun meta ħarġet Video Games, u fl-episodju tal-lum huwa eżatt hekk li niddiskutu – minn logħob li kbirna bih fi tfulitna, għal-logħob li għadu jġegħilna nfaqqgħu ċ-ċenteżmi fil-but fuq Steam. UUUU, brudatina speċjali rrekordjata live quddiem udjenza spettakolari ta' 8 vittmi! Kelliema: Kurt (IG @k.rt) u Sarah (IG @shreksb00b) Logo: Félix (IG @felix.afc) Mużika ta' ftuħ u għeluq: "Breaktime" ta' Kevin MacLeod (Liċenzja Creative Commons Attribution 3.0 Unported)

08-27
01:05:14

S2E15: L-Oġġettifikazzjoni... u Kliem Ieħor Diffiċli

Fl-episodju tal-lum, Kurt u Sarah jitkellmu dwar kif huma stess jitkellmu dwar ħaddieħor, meta d-diskussjoni tieħu dawra kemxejn pikkanti. Kif inkunu rispettużi meta ngħidu li xi ħadd mazza jew tal-gdim, u xi jħoll u jorbot jekk diskors huwiex rispettuż jew le? Kelliema: Kurt (IG @k.rt) u Sarah (IG @shreksb00b) Logo: Félix (IG @felix.afc) Mużika ta' ftuħ u għeluq: "Breaktime" ta' Kevin MacLeod (Liċenzja Creative Commons Attribution 3.0 Unported)

08-19
01:09:02

S2E14: Il-Konfessjonijiet Imbarazzanti Tagħna Lkoll

F'dan l-episodju, Kurt u Sarah jaqraw u jiddiskutu l-konfessjonijiet anonimi li bgħattulna u jisfidaw il-limit ta' x'inhu wisq TMI u x'mhuwiex. Jikkwistjonaw ukoll il-volum esaġerat tal-mużika fil-gyms, u għalfejn tant ristoranti jinsistu li jservulek butir mal-ħobż li qisu blokka silġ. Kelliema: Kurt (IG @k.rt) u Sarah (IG @shreksb00b) Logo: Félix (IG @felix.afc) Mużika ta' ftuħ u għeluq: "Breaktime" ta' Kevin MacLeod (Liċenzja Creative Commons Attribution 3.0 Unported)

08-13
53:29

S2E13: Xi Jqabbadkom Bruda? (Brudatina Special)

L-episodju tal-lum huwa miġjub minnkom l-udjenza, fejn insiru nafu aħjar xi jqabbadkom bruda u lmenti oħrajn li qed iberrnu f'raskom. Naqraw il-brudatini li bgħattulna, filwaqt li nħawru l-konverżazzjoni bi ftit brudatini tagħna stess. Kelliema: Kurt (IG @k.rt) u Sarah (IG @shreksb00b) Logo: Félix (IG @felix.afc) Mużika ta' ftuħ u għeluq: "Breaktime" ta' Kevin MacLeod (Liċenzja Creative Commons Attribution 3.0 Unported)

08-06
53:46

S2E12: brat summer

Meta aħna ngħidu BUMPIN, into tgħidu THAT! Minn ilwien t'aħdar jgħajjat għall-aktar żifna popolari ta' bħalissa fuq TikTok, it-365 party girls jeżaminaw il-fenomenu ta' brat summer li ħakem l-isferi tal-media soċjali minn taħt grazzi għal omm il-gays kollha fid-dinja, Charli XCX. Kelliema: Kurt (IG @k.rt) u Sarah (IG @shreksb00b) Logo: Félix (IG @felix.afc) Mużika ta' ftuħ u għeluq: "Breaktime" ta' Kevin MacLeod (Liċenzja Creative Commons Attribution 3.0 Unported)

07-30
01:04:44

S2E11: Il-Bokka bl-Avukati u t-Tobba

Fl-episodju tal-lum (suppost) niddiskutu r-rumantiċizzazzjoni nazzjonali tal-kariġi ta' avukat u tabib, diskussjoni li xi ftit jew wisq tiżvolġi fi lmenti li jolqtu l-kura tas-saħħa u servizzi legali. Nistaqsu wkoll għaliex il-prezzijiet online huma tant differenti minn dawk li ssib fil-ħanut proprju, u l-infestazzjoni massakrabbli tan-nemel. Kelliema: Kurt (IG @k.rt) u Sarah (IG @shreksb00b) Logo: Félix (IG @felix.afc) Mużika ta' ftuħ u għeluq: "Breaktime" ta' Kevin MacLeod (Liċenzja Creative Commons Attribution 3.0 Unported)

07-23
01:08:04

S2E10: Vizzji, Logħob tal-Azzard, u "iGaming"

Fl-għaxarepisodjuversarju tat-tieni staġun, Kurt u Sarah jitfgħu d-damma għal saqajha u jittantaw l-opinjonijiet ta' xulxin fejn tidħol il-kultura tal-logħob tal-azzard li nfirxet madwar Malta. Jissoktaw ukoll il-brudatini mill-udjenza u anki brudatina mingħand Sarah issa li bdiet tieħu nota fiżika ta' kull avveniment f'ħajjitha li jiskomodalha l-istonku. Kelliema: Kurt (IG @k.rt) u Sarah (IG @shreksb00b) Logo: Félix (IG @felix.afc) Mużika ta' ftuħ u għeluq: "Breaktime" ta' Kevin MacLeod (Liċenzja Creative Commons Attribution 3.0 Unported)

07-16
01:09:18

S2E9: Nies Fitti Jiddiskutu Fitness u Kif Inħarsu lejn Ġisimna

Fl-episodju tal-lum, Kurt u Sarah iħarrġu l-kordi vokali tagħhom f'diskorsata li tolqot kollox marbut mal-eżerċizzju, mill-attività fiżika nnifisha għall-perċezzjoni li għandna lejn ġisimna bħala vettura miexja ta' laħam. Mhux hekk biss, iżda jinġiebu għall-ewwel darba brudatini esklussivi mingħandkom stess, l-udjenza brudeska tagħna! Kelliema: Kurt (IG @k.rt) u Sarah (IG @shreksb00b) Logo: Félix (IG @felix.afc) Mużika ta' ftuħ u għeluq: "Breaktime" ta' Kevin MacLeod (Liċenzja Creative Commons Attribution 3.0 Unported)

07-09
01:06:05

S2E8: Ħmerijiet Medjokri Ssejħilhomx Opri

Fl-episodju tal-lum, Kurt u Sarah jinfexxu f'diskorsata taħraq u kemxejn pikkanti fit-togħma dwar kemm aħna bħala pajjiż lesti naċċettaw il-medjokrità, in-nuqqas ta' rieda li nixprunaw il-kwalità, u l-ġlieda magħna nfusna biex inrendu xi ħaġa ta' sugu. Did-darba b'ŻEWĠ brudatini esklussivi mingħand Kurt! Kelliema: Kurt (IG @k.rt) u Sarah (IG @shreksb00b) Logo: Félix (IG @felix.afc) Mużika ta' ftuħ u għeluq: "Breaktime" ta' Kevin MacLeod (Liċenzja Creative Commons Attribution 3.0 Unported)

07-02
59:11

S2E7: Il-Kultura Maltija X'Jagħmilha... Maltija?

Fl-episodju tal-lum Kurt u Sarah jiftħu diskussjoni dwar l-isfumaturi li jsawru l-kultura tal-Maltin... li inevitabbilment tiżvolġi f'riflessjonijiet dwar il-lingwa. Jiġu diskussi wkoll series li jgħibu minn fuq Netflix bla avviż jew twissija ta' xejn, u prezzijiet kwistjonabbli tad-deterġenti. Kelliema: Kurt (IG @k.rt) u Sarah (IG @shreksb00b) Logo: Félix (IG @felix.afc) Mużika ta' ftuħ u għeluq: "Breaktime" ta' Kevin MacLeod (Liċenzja Creative Commons Attribution 3.0 Unported)

06-25
01:06:02

S2E6: L-Aċċessibbiltà Fiżika u Lingwistika

Fl-episodju tal-lum, Kurt u Sarah jiddiskutu d-diversi sfumaturi marbutin mal-aċċessibbiltà u kif dan il-kunċett jissarraf (jew ma jissarrafx) Malta, u żewġ brudatini u nofs imnebbħa mill-ħajja riċenti ta' dawn iż-żewġ protagonisti omosesswali. Kelliema: Kurt (IG @k.rt) u Sarah (IG @shreksb00b) Logo: Félix (IG @felix.afc) Mużika ta' ftuħ u għeluq: "Breaktime" ta' Kevin MacLeod (Liċenzja Creative Commons Attribution 3.0 Unported)

06-18
01:00:59

S2E5: Vot għall-Ħass Huwa Vot għall-Bass

Nhar is-Sibt Malta toħroġ bi ħġarha tixħet il-vot, u allura xi żmien aħjar biex naqbdu parlata fuq l-elezzjonijiet li ġejjin? Kurt u Sarah jirriflettu fuq xi tfisser din l-elezzjoni għal Malta, il-kandidati prospettivi, u l-importanza li nhar is-Sibt ma noqogħdux id-dar insaqqu l-ħass. Kelliema: Kurt (IG @k.rt) u Sarah (IG @shreksb00b) Logo: Félix (IG @felix.afc) Mużika ta' ftuħ u għeluq: "Breaktime" ta' Kevin MacLeod (Liċenzja Creative Commons Attribution 3.0 Unported)

06-04
59:25

S2E4: Il-Kakofonija tal-Kunjomijiet... u das-Salad Kif Ġieni €18?

Din il-ġimgħa għoġobna nkomplu nħarbtu t-tessut taż-żmien bl-episodju l-ieħor li SUPPOST kien intiż għall-ewwel staġun, iżda l-istaġun qatt ma fetaħ. Riflessjoni dwar in-natura u l-wirt tal-kunjomijiet, sparpaljati b'interventi dwar salads bi prezz eżorbitanti mill-ajruporti u t-temp orrendi ta' dan l-aħħar xahar. Kelliema: Kurt (IG @k.rt) u Sarah (IG @shreksb00b) Logo: Félix (IG @felix.afc) Mużika ta' ftuħ u għeluq: "Breaktime" ta' Kevin MacLeod (Liċenzja Creative Commons Attribution 3.0 Unported)

05-28
59:04

S2E3: Il-Eurovision HUWA Konkors Politiku?

Il-Eurovision ta' dis-sena kien... interessanti, u l-ġrajjiet kwistjonabbli li saru matulu taw spunt lil Kurt u Sarah biex jidħlu fin-natura ta' xi jsawwar dan il-konkors. Tista' tippromwovi l-paċi u xorta waħda tagħlaq għajnejk mill-implikazzjonijiet politiċi? Kelliema: Kurt (IG @k.rt) u Sarah (IG @shreksb00b) Logo: Félix (IG @felix.afc) Mużika ta' ftuħ u għeluq: "Breaktime" ta' Kevin MacLeod (Liċenzja Creative Commons Attribution 3.0 Unported)

05-21
01:04:22

S2E2: Ix-Xjuħija, L-Anzjani, u l-Media Soċjali

Din il-ġimgħa nwasslulkom wieħed mill-episodji mitlufin li suppost ifforma parti mill-ewwel staġun ta' ĦMB – jew it-tieni staġun li suppost sar tliet xhur ilu. Kurt u Sarah jaqbdu konverżazzjoni eżistenzjali dwar ix-xjuħija u l-qrubija tal-mewt, filwaqt li jirriflettu fuq tipi ta' ikel li jqabbadhom ħruq ta' stonku. Kelliema: Kurt (IG @k.rt) u Sarah (IG @shreksb00b) Logo: Félix (IG @felix.afc) Mużika ta' ftuħ u għeluq: "Breaktime" ta' Kevin MacLeod (Liċenzja Creative Commons Attribution 3.0 Unported)

05-14
01:09:33

S2E1: Ejja Nagħmlu Kiki!

Wara erba' xhur stennija u wegħdiet mhux miżmuma, Il-Ħass Mal-Bass jerġa' lura b'textix iferfer! Biex ivaraw l-istaġun il-ġdid, Kurt u Sarah jingħaqdu flimkien għal naqra catch-up u mustarda dwar x'minnhom mill-bidu tas-sena 'l hawn. Kelliema: Kurt (IG @k.rt) u Sarah (IG @shreksb00b) Logo: Félix (IG @felix.afc) Mużika ta' ftuħ u għeluq: "Breaktime" ta' Kevin MacLeod (Liċenzja Creative Commons Attribution 3.0 Unported)

05-06
01:12:02

S1E25: Il-Crossover Tiegħi, Tiegħek u Tagħna (ma’ Keith u Craig)

Intemmu l-ewwel staġun ta' Il-Ħass Mal-Bass bil-kbir bl-aktar crossover antiċipat u mistenni bil-ħerqa tas-sena! Ningħaqdu ma' Keith u Craig minn Tiegħi, Tiegħek, Tagħna f'din l-ewwel parti tal-kollaborazzjoni tagħna biex niddiskutu ftit dwar ir-riżoluzzjonijiet tas-sena l-ġdida u, fuq kollox, nimmassimizzaw l-omosesswalità konġunta bejnietna. Morru agħtu appoġġ, imħabba u titwila lil TTT fejn issibu t-tieni parti ta' din il-crackaġni! Grazzi minn qalbna talli segwejtu Il-Ħass Mal-Bass dawn l-aħħar seba' xhur, nerġgħu ningħaqdu magħkom ma ndumux fi żmien xahrejn! (din kienet gidba) Kelliema: Kurt (IG @k.rt) u Sarah (IG @shreksb00b), flimkien ma' Keith (@stjohn.mp3) u Craig (@c._raig) bħala TTT (@tieghi_tieghek_taghna) Logo: Félix (IG @felix.afc) Mużika ta' ftuħ u għeluq: "Breaktime" ta' Kevin MacLeod (Liċenzja Creative Commons Attribution 3.0 Unported)

12-26
55:13

Recommend Channels