Discover
SBS Maltese - SBS bil-Malti

SBS Maltese - SBS bil-Malti
Author: SBS
Subscribed: 100Played: 9,481Subscribe
Share
© Copyright 2025, Special Broadcasting Services
Description
Independent news and stories from SBS Audio, connecting you to life in Australia and Maltese-speaking Australians. - Aħbarijiet u stejjer indipendenti li jikkonnettjawk mal-ħajja fl-Awstralja u tal-Maltin Awstraljani.
1501 Episodes
Reverse
Aħbarijiet bil-Malti: 02.09.25 minn Joe Axiaq. L-aħħar aħbarijiet mill-Awstralja u l-kumplament tad-dinja.
F’din is-sensiela ta’ episodji li bihom qegħdin infakkru l-50 sena ta’ xandir bil-Malti fuq l-SBS, illum infakkru x-xogħol u l-kontribut tax-xandar u mużiċista Manuel Casha, wieħed minn tal-ewwel fuq Radio 3EA li għadna nisimgħu leħnu sal-lum. Minbarra x-xandir, Manuel Casha ddedika ħafna snin fir-riċerka u l-preservazzjoni tal-mużika tradizzjonali Maltija fl-Awstralja, l-aktar fl-għana u d-daqq tal-prejjem Maltin, ippubblika ktieb dwar dan is-suġġett, u kotba oħra fil-qasam tal-letteratura Maltija fl-Awstralja.
Victor Vella, kittieb Malti Awstraljan u xandar jeħodna dwara fil-ġnien tiegħu fil-jiem tax-xitwa, fejn minkejja l-kesħa, xorta hemm x’tapprezza u ħajja li tagħtik gost.
Madwar erba’ miljun persuna fl-Awstralja, jew wieħed minn kull ħames persuni, qed jgħixu b’uġigħ kroniku, igifieri uġigħ li ma’ jgħaddix jew jgħaddi għal ftit u jerġa’ jiġi. Ħafna jirrapportaw li jħossuhom li ma jingħatawx attenzjoni biżżejjed u mwarrba fi ħdan is-sistema tal-kura tas-saħħa. Dan iġiegħel lill-esperti jappellaw għal investiment nazzjonali akbar, inkluż mod aktar komplut għall-kura.
Maria De Carlo, persuna ħabrieka u involuta f'diversi oqsma kulturali fil-komunità Maltija ta’ New South Wales, titkellem ma’ Victor Vella dwar l-aħħar żjara tagħha f’Malta dan l-aħħar u l-osservazzjonijiet u l-bidliet li rat.
SBS Programm Malti - Il-Ġimgħa 22 ta' Awwissu 2025 - 12pm - Preżentazzjoni u produzzjoni ta' Joe Axiaq.
Aħbarijiet bil-Malti: 22.08.25 minn Joe Axiaq. L-aħħar aħbarijiet mill-Awstralja u l-kumplament tad-dinja.
Minkejja li l-età tal-irtirar fl-Awstralja issa hija ta’ 67 sena, il-ħaddiema ta’ bejn il-51 u l-55 sena ta’ spiss jitqiesu bħala ħaddiema aktar anzjani meta jkunu qegħdin ifittxu xogħol ġdid. Dan sar magħruf f’riċerka ġdida mill-Istitut Awstraljan tar-Riżorsi Umani u l-Kummissjoni Awstraljana għad-Drittijiet tal-Bniedem. Iżda din mhix xi aħbar ġdida għall-ħaddiema f’din età. Diversi studji qabel diġà urew li persuni li jkunu għalqu 50 sena jiffaċċjaw diskriminazzjoni minħabba l-età fuq il-post tax-xogħol.
You may hear the protest chant, “what do we want? Land rights!” —but what does it really mean? Land is at the heart of Aboriginal and Torres Strait Islander identity, culture, and wellbeing. Known as “Country,” it includes land, waterways, skies, and all living things. In this episode of Australia Explained, we explore Indigenous land rights—what they involve, which land is covered, who can make claims, and the impact on First Nations communities. - Tista’ tisma’ l-kant u l-għajat waqt xi protesta, “X’irridu? Drittijiet tal-art!" Imma xi jfisser eżattament dan il-kliem? L-art tinsab fil-qalba tal-identità, il-kultura, u dak li huwa ta’ saħħa u kuntentizza għall-Aboriġini u Torres Strait Islander. Magħruf bħala “Pajjiż,” jinkludi l-art, fejn hemm l-ilma, is-smewwiet, u l-affarijiet ħajjin kollha. F’din l-informazzjoni se naraw x’inhuma d-drittijiet tal-art Indiġena, x’jinvolvu, liema art hija koperta legalment, min jista’ jagħmel klejms, u l-impatt fuq il-komunitajiet tal-Ewwel Nazzjonijiet.
SBS Programm Malti - It-Tlieta 19 ta' Awwissu 2025 - 12pm - Preżentazzjoni u produzzjoni ta' Joe Axiaq.
Aħbarijiet bil-Malti: 19.08.25 minn Joe Axiaq. L-aħħar aħbarijiet mill-Awstralja u l-kumplament tad-dinja.
Queensland ’s Sugar King, The Zammit Legacy huwa ktieb miktub minn Catherine Smith dwar in-nanniet tagħha u l-migrazzjoni tagħhom minn Malta għall-Awstralja fil-bidu tas-seklu l-ieħor. Hija titkellem ma’ Joe Axiaq dwar in-nanniet tagħha li minkejja diffikultajiet kbar issetiljaw f’North Queensland u ħallew wirt dejjiemi.
SBS Programm Malti - Il-Ġimgħa 1 ta' Awwissu 2025 - 12pm - Preżentazzjoni u produzzjoni ta' Joe Axiaq.
Aħbarijiet bil-Malti: 01.08.25 minn Joe Axiaq. L-aħħar aħbarijiet mill-Awstralja u l-kumplament tad-dinja.
Victor Vella, awtur Maltin Awstraljan, xandar u ekx għalliem jeħodna dawra fil-belt ta’ Darwin u jitkellem dwar il-karatteristiċi uniċi ta’ dan it-territorju Awstraljan.
F’dawn l-episodji li bihom qegħdin infakkru għeluq il-50 sena ta’ xandir bil-Malti fuq l-SBS illum immorru lura f’Awwissu tal-1981 meta kellna l-ewwel xandira diretta minn Malta għall-Awstralja, fi żmien meta l-mezzi tat-telekomunikazzjonijiet kienu diffiċli ħafna. Ix-xandira saret mill-Ħamrun, fl-okkażjoni tal-festa ta’ San Gejtanu. Fl-istess ħin tal-briju tal-festa li twassal minn Malta permezz tar-radju, grupp ta’ membri u ħbieb mill-Għaqda ta’ San Gejtanu f’Melbourne, kienu miġbura għall-festa tagħhom fejn komplew mal-briju tal-festa minn Malta.
Bonegilla – The Migrant’s Journey huwa show u issa dokumentarju wkoll tad-Direttur Simon Reich. Huwa jitkellem ma ’ Joe Axiaq, dwar kif editja l-intervisti mix-show f'dokumentaru li għadu kif intgħażel fil-Melbourne Documentary Film Festival 2025. L-immigranti intervistati huma minn diversi pajjiżi Ewropej fosthom Malta, l-Ukrajna, il-Ġermanja, l-Olanda, l-Awstrija, il-Polonja, l-Italja, u l-Greċja. Kull wieħed u waħda minnhom jirrakkontaw l-istejjer tal-gwerra li għaddew minnhom, li hija r-raġuni prinċipali li ġew l-Awstralja. Hekk kif waslu l-Awstralja ħafna minnhom qagħdu f ’kampijiet tal-immigranti bħal Bonegilla, sakemm sabu xogħol.
Bullettin ta' aħbarijiet minn Malta mill-korrispondent tal-SBS, Leonard Callus.
SBS Programm Malti - Il-Ġimgħa 25 ta' Lulju 2025 - 12pm - Preżentazzjoni u produzzjoni ta' Joe Axiaq.
Aħbarijiet bil-Malti: 25.07.25 minn Joe Axiaq. L-aħħar aħbarijiet mill-Awstralja u l-kumplament tad-dinja.
il batterju li sabet Lorranne kienet semmietu Gozo.
Is-sensi tal- vista u is-smigh huma importanti hafna ghal hajja tal- kulhadd
Stars Group li huwa l-akbar kumpanija tal-loghob ta poker fid-dinja jiftah f'Malta
Les Murray kien Ikona tal futbal. Kulhadd Fl-Awstralja jaf il-passjoni tal-loghba li kien ghandu
l-spiza fil kura tal kancer huwa ghali. Ghalhekk in-nies jaghmlu id-decizjonijiet ghat - trattament skont il flus li ghandhom.
Airbags ghandhom jkunu sostitwiti, meta jkunu difettuzi bit- tip tal - airbag differenti.
id-decizjoni ghal inkjesta dwar allegezjonijiet ta hasil tal flus kienet ippruvat iggustifikata
Grazzi ghal kontribut tieghek u nawguralek
Wiehed minn id-diversi r-raguni hafna nies ma jitghallmu lingwa ohra huwa il hin. Ghandhom immorru ix-xoghol. Bhalissa qed nara l-arlogg ghax m'ghandiex hafa hin qabel li nibda ix-xoghol.
Ma nhobbx niehu antibijotici ghal dan ezatt ragun. Jippromovi rezistenza ghal antibjotici meta ghandek bzonnhom ghal mard serje.
Hemm hafna Malti li jghixu fl-Awstralja
Meta xi hadd bhal father Adami jirtira fil pajjiz eihor hija telfa tal Awstralja
Hemm hafna x'taghmel fil gnien fix-xitwa. Jien inhobb naghmel basla fl-ilma gol vazzet biex jikber il weraq. Dawn tajbin biex tuzahom fil kcina
Jekk trid tizzewweg xi-hadd minn l-istess sess tieghek, issa huwa legali f'Malta ghax il-vot tal parlament kien ghal favur fuq dan il kwistjoni. Qabel dan il-vot kien illegali.
Jekk trid tixtri dar minn I-irkant, ghamel ir-ricerka qabel biex taf x'qed taghmel.
Hafna anzjani isubuha difficli biex jkopru is-spejjez u jrtiraw minghajr dejn meta qed jikru d-dar
ll gvern ghamel hafna kisbiet waqt li kien fil gvern
Mill Censiment insibu is -statistika tal popolazzjoni fl-Awstralja. Huwa mandatorja li kulhadd jiehu sehem fih, inkella mghandux valur.
ll bugharwien kien mmorru fuq il gnub tal barmil.
Incentivi huma importanti qal dawk in-nies li qed jixtru id-dar qal I-ewwel darba. jagħtihom motivazzjoni biex jiffrankaw il-flus għall-futur