DiscoverAntenni Suspettużi
Antenni Suspettużi
Claim Ownership

Antenni Suspettużi

Author: Karl Schembri

Subscribed: 4Played: 26
Share

Description

Il-podcast ta' PEN Malta mal-awturi ta' żmienna. Karl Schembri jintervista awturi dwar il-kotba tagħhom, il-proġetti li jmiss, u l-ħsibijiet tagħhom dwar dak li qed jiġri.

PEN Malta's podcast with contemporary authors hosted by Karl Schembri in which he interviews them about their books, their new projects and their take on what's happening in the world.

32 Episodes
Reverse
27 Marlene Saliba

27 Marlene Saliba

2025-02-2545:33

Marlene Saliba
26 Wayne Flask

26 Wayne Flask

2024-05-2853:31

F'dan l-aħħar episodju tat-tieni staġun ta' Antenni Suspettużi niltaqgħu ma' Wayne Flask, l-awtur ta' Kapitali u attivista li jkellimna fuq ir-rumanz il-ġdid li qed jikteb u l-attiviżmu tiegħu taħt il-front ġdid Il-Kollettiv. Antenni Suspettużi huwa l-podcast ta' PEN Malta mal-awturi ta' żmienna. Joħroġ nhar ta' Tlieta. Jippreżenta: Karl Schembri Riċerka: Clare Azzopardi --- In this last episode in the second season of Antenni Suspettużi we meet Wayne Flask, the author of Kapitali and activist who speaks to us about the new novel he is writing and his activism under the new front of Il-Kollettiv. Antenni Suspettużi is PEN Malta's weekly podcast with contemporary authors. Host: Karl Schembri Researcher: Clare Azzopardi Twitter: @MaltaPEN Facebook: PENMalta Instagram: @pen_malta Wesbite: https://pen.org.mt/ Email: PENMalta@gmail.com
25 Priscilla Cassar

25 Priscilla Cassar

2024-05-2101:00:20

Priscilla Cassar hija poeta attiva ħafna fil-qasam attivista letterarju li ħafna minn xogħolha ġie ppubblikat f'ġabriet u rivisti però għadha ma tatniex il-ġabra tagħha ta' xogħolha. Hi attiva mal-organizazzjoni letterarja Inizjamed u taħdem fil-qasam tal-anzjani. F'dan l-episodju tkellimna, fost l-oħrajn, fuq kif iżżewweġ l-imħabba tagħha għall-kitba mal-karriera professjonali tagħha mal-anzjani. Antenni Suspettużi huwa l-podcast ta' PEN Malta mal-awturi ta' żmienna. Joħroġ nhar ta' Tlieta. Jippreżenta: Karl Schembri Riċerka: Clare Azzopardi --- Priscilla Cassar is a poet who is active in Malta's literary scene, whose works have been published in several international reviews but who has yet to publish her own book of poetry. She is active with literary organisation Inizjamed and works with the elderly. In this episode she tells us, among other things, about how she combines her love for writing with her professional career with the elderly. Antenni Suspettużi is PEN Malta's weekly podcast with contemporary authors. Host: Karl Schembri Researcher: Clare Azzopardi Twitter: @MaltaPEN Facebook: PENMalta Instagram: @pen_malta Wesbite: https://pen.org.mt/ Email: PENMalta@gmail.com
24 Teodor Reljić

24 Teodor Reljić

2024-05-1448:00

Teodor Reljić huwa awtur imwieled is-Serbja li mexa għal Malta mal-ġenituri tiegħu fid-disgħinijiet u li debutta bħala awtur għaxar snin ilu b'rumanz bl-Ingliż, ibbażat Malta. Mexa għal ġeneri u forom oħra ta' espressjoni fosthom il-komiks u l-films. Huwa wkoll kien ġurnalist kittieb ta' rivisti krtiċi tal-kotba u tal-arti. Antenni Suspettużi huwa l-podcast ta' PEN Malta mal-awturi ta' żmienna. Joħroġ nhar ta' Tlieta. Jippreżenta: Karl Schembri Riċerka: Clare Azzopardi --- Teodor Reljić is an author born in Serbia who came to Malta with his parents in the nineties. He debuted as an author 10 years ago with an English novel based in Malta, but has also ventured into other genres and forms of expression including comics and films. He was also a journalist and reviewer of books and art. Antenni Suspettużi is PEN Malta's weekly podcast with contemporary authors. Host: Karl Schembri Researcher: Clare Azzopardi Twitter: @MaltaPEN Facebook: PENMalta Instagram: @pen_malta Wesbite: https://pen.org.mt/ Email: PENMalta@gmail.com
23 Sam Alekksandra

23 Sam Alekksandra

2024-05-0758:29

Sam Alekksandra hija poeta, artista u ġurnalista żagħżugħa li għall-ewwel darba bdiet tesperimenta bil-kitba bil-Malti. Antenni Suspettużi huwa l-podcast ta' PEN Malta mal-awturi ta' żmienna. Joħroġ nhar ta' Tlieta. Jippreżenta: Karl Schembri Riċerka: Clare Azzopardi --- Sam Alekksandra is young poet, artist and journalist who has started experimenting with writing in Maltese for the first time. Antenni Suspettużi is PEN Malta's weekly podcast with contemporary authors. Host: Karl Schembri Researcher: Clare Azzopardi Twitter: @MaltaPEN Facebook: PENMalta Instagram: @pen_malta Wesbite: https://pen.org.mt/ Email: PENMalta@gmail.com
22 Jesmond Sharples

22 Jesmond Sharples

2024-04-3055:46

Jesmond Sharples huwa poeta, kompożitur u infermier. Kif jingħaqdu dawn id-dinjiet f'persuna waħda? Antenni Suspettużi huwa l-podcast ta' PEN Malta mal-awturi ta' żmienna. Joħroġ nhar ta' Tlieta. Jippreżenta: Karl Schembri Riċerka: Clare Azzopardi --- Jesmond Sharples is a poet, composer and nurse. How do these three worlds collide into one? Antenni Suspettużi is PEN Malta's weekly podcast with contemporary authors. Host: Karl Schembri Researcher: Clare Azzopardi Twitter: @MaltaPEN Facebook: PENMalta Instagram: @pen_malta Wesbite: https://pen.org.mt/ Email: PENMalta@gmail.com
21 Glen Calleja

21 Glen Calleja

2024-04-2357:54

F'dan l-episodju niltaqgħu ma' Glen Calleja, poeta, awtur, legatur u pubblikatur, li jkellimna dwar is-sengħa tal-kitba u tal-manifattura tal-kotba, ix-xogħol tal-HELA fil-promozzjoni tal-eċċellenza fil-letteratura, u x-xogħol poetiku tiegħu mal-pazjenti tal-kanċer, fost l-oħrajn. Antenni Suspettużi huwa l-podcast ta' PEN Malta mal-awturi ta' żmienna. Joħroġ nhar ta' Tlieta. Jippreżenta: Karl Schembri Riċerka: Clare Azzopardi --- In this episode we meet Glen Calleja, a poet, author, book binder and publisher. He speaks about the craft of writing and of manufacturing books, about HELA's work in promoting excellence in letarature, and about his poetry with cancer patients. Antenni Suspettużi is PEN Malta's weekly podcast with contemporary authors. Host: Karl Schembri Researcher: Clare Azzopardi Twitter: @MaltaPEN Facebook: PENMalta Instagram: @pen_malta Wesbite: https://pen.org.mt/ Email: PENMalta@gmail.com
20 Lillian Sciberras

20 Lillian Sciberras

2024-04-1646:36

F'dan l-episodju niltaqgħu ma' Lillian Sciberras, waħda mill-ewwel librara professjonisti f'Malta, waħda mill-ewwel femministi, u waħda mill-ftit nisa fil-Moviment Qawmien Letterarju b'diversi kotba u poeżiji ppubblikati Malta u barra. Tgħidilna wkoll dwar kif in-namra tagħha għal-librerija u għal Borges mal-faxxinu għall-figura ta' Juan Bautista Azopardo wasslu għar-rumanzett tagħha, Shadows in Penumbra. Antenni Suspettużi huwa l-podcast ta' PEN Malta mal-awturi ta' żmienna. Joħroġ nhar ta' Tlieta. Jippreżenta: Karl Schembri Riċerka: Clare Azzopardi --- In this episode we meet Lillian Sciberras, one of the first professional librarians in Malta, one of the first feminists, and one of the few women active in the Movement for Literary Renewal, with books and poems published in Malta and abroad. She also speaks about how her passion for the library and Borgest together with her fascination for the figure of Juan Bautista Azopardo led to her novella Shadows in Penumbra. Antenni Suspettużi is PEN Malta's weekly podcast with contemporary authors. Host: Karl Schembri Researcher: Clare Azzopardi Twitter: @MaltaPEN Facebook: PENMalta Instagram: @pen_malta Wesbite: https://pen.org.mt/ Email: PENMalta@gmail.com
19 Luke Saydon

19 Luke Saydon

2024-04-0958:46

F'dan l-episodju ma' Luke Saydon, nitrattaw l-intolleranza, Malta fil-konfront tad-drittijiet LGBTQ, u l-kor uniku magħruf bħala l-Kor Kwir, mal-awtur żagħżugħ u kompożitur mużikali li jingħaqad magħna minn Londra. Antenni Suspettużi huwa l-podcast ta' PEN Malta mal-awturi ta' żmienna. Joħroġ nhar ta' Tlieta. Jippreżenta: Karl Schembri Riċerka: Clare Azzopardi --- In this episode with Luke Saydon we discuss intolerance, Malta's attitude to LGBTQ rights, and the unique choir known as Kor Kwir, with the young author and music composer who joins us from London. Antenni Suspettużi is PEN Malta's weekly podcast with contemporary authors. Host: Karl Schembri Researcher: Clare Azzopardi Twitter: @MaltaPEN Facebook: PENMalta Instagram: @pen_malta Wesbite: https://pen.org.mt/ Email: PENMalta@gmail.com
18 John P. Portelli

18 John P. Portelli

2024-04-0255:34

John P. Portelli huwa awtur ta' rumanzi u novelli, poeta, u espert tal-edukazzjoni li ħalla Malta għall-Kanada iktar minn 40 sena ilu. F'din il-poddata jitkellem fuq l-esperjenza tiegħu tan-neo-kolonjaliżmu fl-akkademja, l-esperjenza ta' immigrant, għaliex jikteb bil-Malti u dwar x'qed jiġri fil-Palestina. U dwar xahar jaħdem ma' Noam Chomsky fis-sebgħinijiet. Antenni Suspettużi huwa l-podcast ta' PEN Malta mal-awturi ta' żmienna. Joħroġ nhar ta' Tlieta. Jippreżenta: Karl Schembri Riċerka: Clare Azzopardi --- John P. Portelli is an author of novels, short stories and poetry, and an expert in education who left Malta for Canada over four decades ago. In this podcast he speaks about his experience of neo-colonialism in academia, his experience as an immigrant, why he writes in Maltese and about what is happening in Palestine. And about a month working with Noam Chomsky in the seventies. Antenni Suspettużi is PEN Malta's weekly podcast with contemporary authors. Host: Karl Schembri Researcher: Clare Azzopardi Twitter: @MaltaPEN Facebook: PENMalta Instagram: @pen_malta Wesbite: https://pen.org.mt/ Email: PENMalta@gmail.com
17 David Aloisio

17 David Aloisio

2024-03-2655:24

Il-Malti qiegħed f'periklu li jintilef? U liema awturi għandna ninkludu fil-kurrikulu tal-Malti? L-awtur u lettur tal-Malti David Aloisio jitkellem dwar dan u dwar il-kotba tiegħu li jittrattaw mill-fake news sa rumanzi u kotba għall-istudenti tal-Malti. Antenni Suspettużi huwa l-podcast ta' PEN Malta mal-awturi ta' żmienna. Joħroġ nhar ta' Tlieta. Jippreżenta: Karl Schembri Riċerka: Clare Azzopardi --- Is Maltese in danger of extinction? Which authors should be included in the Maltese curriculum? Author and lecturer of Maltese David Aloisio tackles these questions and speaks about his books, dealing from fake news to novels and Maltese students' textbooks. Antenni Suspettużi is PEN Malta's weekly podcast with contemporary authors. Host: Karl Schembri Researcher: Clare Azzopardi Twitter: @MaltaPEN Facebook: PENMalta Instagram: @pen_malta Wesbite: https://pen.org.mt/ Email: PENMalta@gmail.com
16 John Aquilina

16 John Aquilina

2024-03-1949:58

Il-poeta John Aquilina jingħaqad magħna mill-Ingilterra minn fejn ikellimna fuq il-poeżija minimalista tiegħu li rebbħitu t-titlu ta' Poeta Lawreat. Antenni Suspettużi huwa l-podcast ta' PEN Malta mal-awturi ta' żmienna. Joħroġ nhar ta' Tlieta. Jippreżenta: Karl Schembri Riċerka: Clare Azzopardi --- Poet John Aquilina joins us from England from where he talks about his minimalist poetry that won him the title of Poet Laureate. Antenni Suspettużi is PEN Malta's weekly podcast with contemporary authors. Host: Karl Schembri Researcher: Clare Azzopardi Twitter: @MaltaPEN Facebook: PENMalta Instagram: @pen_malta
15 Francesco Grech

15 Francesco Grech

2024-03-1251:42

F'dan l-episodju niltaqgħu ma' Francesco Grech, l-awtur minn Għawdex li sentejn ilu ddebutta bil-ktieb tal-poeżiji "Kollox jeħel magħna". Ma' Grech nitrattaw l-għeluq Malti, l-attitudnijiet lejn is-sesswalità u l-identità, fost l-oħrajn. Antenni Suspettużi huwa l-podcast ta' PEN Malta mal-awturi ta' żmienna. Joħroġ nhar ta' Tlieta. Jippreżenta: Karl Schembri Riċerka: Clare Azzopardi --- In this episode we meet Francesco Grech, a Gozitan author who made his literary debut two years ago with the poetry collection "Kollox jeħel magħna". We discuss Maltese insularity, attitudes towards sexuality and identity, among other issues. Antenni Suspettużi is PEN Malta's weekly podcast with contemporary authors. Host: Karl Schembri Researcher: Clare Azzopardi Twitter: @MaltaPEN Facebook: PENMalta Instagram: @pen_malta Wesbite: https://pen.org.mt/ Email: PENMalta@gmail.com
14 Davinia Hamilton

14 Davinia Hamilton

2024-03-0551:58

F'dan l-ewwel episodju tat-tieni staġun ta' Antenni Suspettużi niltaqgħu ma' Davinia Hamilton. Awtriċi, attriċi, drammaturga u attivista li għamlet isem fir-Renju Unit, fejn tgħix, speċjalment fil-qasam tad-drama. Imma fil-qofol tax-xogħol l-iżjed magħruf tagħha hemm Malta. Malta il-gżira turistika, Malta kattolika, Malta li tikkontrolla l-ġisem tal-mara. Minn Londra Hamilton titkellem dwar id-dramm tagħha Blanket Ban, li ntlaqa' tajjeb ħafna hemmhekk u l-Iskozja. Dramm li jikxef it-trawma tan-nisa Maltin li jeħtieġu l-abort. Hamilton titkellem ukoll dwar l-esperjenza tagħha bħala immigranta, li tittratta fil-kitbiet tagħha, u dwar il-proġetti ġodda li qed taħdem fuqhom. Antenni Suspettużi huwa l-podcast ta' PEN Malta mal-awturi ta' żmienna. Joħroġ nhar ta' Tlieta. Jippreżenta: Karl Schembri Riċerka: Clare Azzopardi --- In this first episode from the second season of Antenni Suspettużi we meet Davinia Hamilton. An author, actress, playwright and activist who broke ground in the UK, where she lives, particularly in drama. Her most known work centres around Malta - touristic Malta, Catholic Malta, a Malta that controls women's bodies. From London, Hamilton speaks about her play Blanket Ban, which was received to critical acclaim there and in Scotland. It is a play which exposes the trauma Maltese women who need abortion go through. Hamilton also speaks about her experience as a migrant and how she treats it in her writings, as well as about her new projects. Antenni Suspettużi is PEN Malta's weekly podcast with contemporary authors. Host: Karl Schembri Researcher: Clare Azzopardi Twitter: @MaltaPEN Facebook: PENMalta Instagram: @pen_malta Wesbite: https://pen.org.mt/ Email: PENMalta@gmail.com
Antenni Suspettużi jirritorna bi staġun ġdid ta' poddati mal-awturi ta' żmienna. F'dan l-episodju speċjali Karl Schembri u Clare Azzopardi jħarsu lura lejn l-intervisti tal-ewwel staġun u l-poddati li ġejjin. Antenni Suspettużi huwa l-podcast ta' PEN Malta mal-awturi ta' żmienna. Joħroġ nhar ta' Tlieta. --- Antennti Suspettużi returns with a new season of podcasts with contemporary authors. In this special episode Karl Schembri and Clare Azzopardi look back at the interviews from the first season and the forthcoming podcasts. Antenni Suspettużi is PEN Malta's weekly podcast with contemporary authors. Twitter: @MaltaPEN Facebook: PENMalta Instagram: @pen_malta Wesbite: https://pen.org.mt/ Email: PENMalta@gmail.com
Trailer Staġun 2

Trailer Staġun 2

2024-02-1900:28

Antenni Suspettużi, il-podcast ta' PEN Malta, se jirritorna b'iżjed intervisti mal-awturi ta' żmienna. Ingħaqdu ma' Karl Schembri fi staġun ġdid m'iżjed awturi li jeħtieġ jinstemgħu. Magħkom kull ġimgħa minn nhar it-Tlieta 27 ta' Frar. --- Antenni Suspettużi, PEN Malta's podcast, returns with more interviews with contemporary authors. Join Karl Schembri in a new season with more authors who deserve to be heard. Out every week from Tuesday 27 February. Twitter: @MaltaPEN Facebook: PENMalta Instagram: @pen_malta Wesbite: https://pen.org.mt/ Email: PENMalta@gmail.com
F'din l-edizzjoni speċjali mal-awtur Malti-Palestinjan Walid Nabhan nitrattaw il-ġenoċidju tal-Palestinjani f'Gaża li għaddej bħalissa, fejn madwar 20,000 ruħ li sebgħin fil-mija minnhom huma nisa u tfal, inqatlu diġà mill-Iżrael, kif ukoll għexieren ta' ġurnalisti, poeti, awturi u intelletwali. X'sens tista' tagħmel il-letteratura minn dan kollu, anki meta awturi Palestinjani madwar id-dinja qed jiġu kkanċellati? Kif qed iġġib ruħha l-bqija tad-dinja fid-dawl tal-kliem li s-soltu jsir dwar drittijiet universali, il-ħakma tad-dritt u l-liġi internazzjonali? U kif qatt nistgħu nimxu 'l quddiem minn dan it-teatru ta' demm u ritaljazzjoni? Antenni Suspettużi huwa l-podcast ta' PEN Malta mal-awturi ta' żmienna. Jippreżenta: Karl Schembri Riċerka: Clare Azzopardi --- In this special edition with Maltese-Palestinian author Walid Nabhan we discuss the ongoing genocide of Palestinians in Gaza, where some 20,000 people have already been killed by Israel, 70 per cent of whom were women and children, as well as tens of journalists, poets, authors and intellectuals. What sense can literature make out of all this, also when Palestinian authors around the world are being cancelled? How is the rest of the rest of the wrold reacting to this in the light of the usual words aboud universal human rights, the rule of law and international law? ANd how can we ever move forward from this theatre of blood and retaliation? Antenni Suspettużi is PEN Malta's weekly podcast with contemporary authors. Host: Karl Schembri Researcher: Clare Azzopardi Twitter: @MaltaPEN Facebook: PENMalta Instagram: @pen_malta Wesbite: https://pen.org.mt/ Email: PENMalta@gmail.com
13 Loranne Vella

13 Loranne Vella

2023-11-2149:48

Fit-13 u l-aħħar episodju għal dan l-istaġun ta' Antenni Suspettużi niltaqgħu ma' Loranne Vella, l-awtriċi li mxiet b'versatilità impressjonanti minn ġeneru ta' kitba għal ieħor, u li issa tinsab finalista għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb bl-aħħar rumanz tagħha, "Marta Marta." Vella tkellimna dwar il-ġurnal letterarju u l-podcast bl-istess isem ta' Aphroconfuso, li issa dieħel fit-tieni sena tiegħu u li qed jiġġenera kitba letterarja ġdida u friska, inkluża kwir. Mid-distanza ta' awtriċi li telqet minn Malta 18-il sena ilu, Vella titkellem ukoll dwar l-importanza tal-lingwa għaliha, u kif il-proċess ta' dekolonizzazzjoni jeħtieġ jinvolvi t-traduzzjoni ta' xogħlijiet mill-oriġinal għall-Malti. Antenni Suspettużi huwa l-podcast ta' PEN Malta mal-awturi ta' żmienna. Jippreżenta: Karl Schembri Riċerka: Clare Azzopardi --- The guest of our 13th and final episode for this season of Antenni Suspettużi is Loranne Vella, an author who has moved from one literary genre to another with impressive versatility and who is now a finalist for the National Book Prize with her novel "Marta Marta". Vella speaks about the literary journal and podcast Aphroconfuso, which is now entering its second year and is generating new, fresh writings, including queer literature. Vella also speaks from a distance, having left Malta 18 years ago, about what language has come to signify for her and how the decolonisation process requires the translation of original works into Maltese. Antenni Suspettużi is PEN Malta's weekly podcast with contemporary authors. Host: Karl Schembri Researcher: Clare Azzopardi Twitter: @MaltaPEN Facebook: PENMalta Instagram: @pen_malta Wesbite: https://pen.org.mt/ Email: PENMalta@gmail.com
12 Claudia Gauci

12 Claudia Gauci

2023-11-1445:31

F'dan l-episodju niltaqgħu ma' Claudia Gauci, il-poeta awtriċi ta' "Sekonda Qabel Tqum", u li issa tinsab finalista għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb bit-tieni ġabra tagħha, "Max-Xatt tat-Tamarisk". Claudia tkellimna dwar il-mixja tagħha fl-għaxar snin bejn iż-żewġ kotba tagħha, fejn minn kitba introspettiva mxiet għal kummentarju soċjali u politiku dwarna. Antenni Suspettużi huwa l-podcast ta' PEN Malta mal-awturi ta' żmienna. Joħroġ nhar ta' Tlieta. Jippreżenta: Karl Schembri Riċerka: Clare Azzopardi --- In this episode we meet Claudia Gauci, the poet author of "Sekonda Qabel Tqum" who is now finalist for the National Book Prize with her second poetry collection, "Max-Xatt tat-Tamarisk". Claudia tells us about her journey in the 10 years between the two poetry collections, which saw her move from an introspective poetry to a social and political commentary about us. Antenni Suspettużi is PEN Malta's weekly podcast with contemporary authors. Out every Tuesday. Host: Karl Schembri Researcher: Clare Azzopardi Twitter: @MaltaPEN Facebook: PENMalta Instagram: @pen_malta Wesbite: https://pen.org.mt/ Email: PENMalta@gmail.com
11 Matthew Schembri

11 Matthew Schembri

2023-11-0748:49

Poddata ġdida ma' Matthew Schembri, l-awtur ta' "Stessi" u "Ħassartek", li jkellimna dwar il-proċess li wasslu biex iħassar ir-rumanz tiegħu stess u jiddistillah f'poeżija, fi żmien meta l-Fibromyalgia żammitu lura milli jikteb, u kif jasserixxi l-identità Queer permezz tal-letteratura. Ta' ispirazzjoni kbira kif Schembri jdawwar tbatija fiżika u mentali f'att ta' kreazzjoni. Fil-poddata nsellmu wkoll lill-ħbieb tagħna ta' Aphroconfuso, li Matthew qed jikkollabora magħhom fuq proġett ġdid, u li minbarra rivista letterarja għandhom podcast interessanti ferm bl-istess isem. Antenni Suspettużi huwa l-podcast ta' PEN Malta mal-awturi ta' żmienna. Joħroġ nhar ta' Tlieta. Jippreżenta: Karl Schembri Riċerka: Clare Azzopardi --- A new podcast with Matthew Schembri, the author of "Stessi" and "Ħassartek", who speaks about the process that led him to erase his own novel and distill it into poetry, at a time when Fibromyalgia was impeding him from writing, and how he came out as Queer through literature. Very insiprational to hear how Schembri turns physical and mental suffering into an act of creation. In this podcast we also salute our friends at Aphroconfuso, whom Matthew is collaborating with on a new project, and how besides a literary journal also hosts an invaluable podcast with the same name. Antenni Suspettużi is PEN Malta's weekly podcast with contemporary authors. Out every Tuesday. Host: Karl Schembri Researcher: Clare Azzopardi Twitter: @MaltaPEN Facebook: PENMalta Instagram: @pen_malta Wesbite: https://pen.org.mt/ Email: PENMalta@gmail.com
loading
Comments