DiscoverAphroconfusoEs Sidr (silta) - Omar N’Shea
Es Sidr (silta) - Omar N’Shea

Es Sidr (silta) - Omar N’Shea

Update: 2025-10-24
Share

Description

Es Sidr se jiġi ppubblikat f’Novembru 2025


It-tnedija se ssir l-Erbgħa 5 ta’ Novembru fis-6:15 pm fuq l-istand ta’ Aphroconfuso fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb, Ta’ Qali. Ordna l-ktieb minn issa u ejja iġbru waqt it-tnedija, jew għidlina fejn inwassluhulek wara l-Festival.


Biex tordna dal-ktieb, ibgħat €20 lil revolut.me/aphroconfuso u ejja iġbru waqt it-tnedija, jew għidilna meta se tiġbru jew se nwassluhulek. Jekk m’għandekx Revolut, il-link tippermettilek li tħallas bil-card tiegħek. Tista’ wkoll tħallas bil-Paypal, fuq l-email kotba@aphroconfuso.mt.

Għal kull mistoqsija dwar xiri ta’ kotba, ibgħat email fuq kotba@aphroconfuso.mt.


Wara l-mewt ta’ ommu, Omar N’ Shea jsib file li donnha kienet ħallithulu apposta biex isibu. “Il-file mimli, imbulmat b’ittri miktubin mill-istess id... organizzati skont id-data ta’ meta nkitbu, bl-ewwel waħda fuq u l-aħħar waħda taħt nett.” Il-file kien rah qabel, snin ilu:

Darba, waqt dagħdigħa bħal tas-soltu biex nara x’se nsib fil-cupboard ta’ taħt, bqajt inqalleb iktar fil-qiegħ u kien ħareġ dal-file li għandi f’idi llum minn ġo basket tal-plastik isfar. Kien bejn files oħra ta’ ditta Amerikana taż-żejt u karti tal-ittri ta’ ditta li m’għadnix niftakarha. It-toqol tal-file kien mill-ewwel tani indikazzjoni li l-kontenut tiegħu kien importanti u li kien qed jinħeba. Ftaħtu immedjatament u mal-ewwel daqqa t’għajn indunajt li kien fih skoss ittri li kien kiteb Otman Salem Otman lil ommi. Il-kitba tiegħu tixbah ftit lil tagħha. Kitbilha ħafna. Kitbilha spiss. Kont naf min kien, però kont rajtu darba biss, u kont għadni wisq żgħir biex niftakar iktar minn dik il-memorja fuġġenti u effimera li għandi ta’ raġel sħaba f’żona tal-moħħ distanti immens. Nassoċjah ma’ dar żgħira l-Gżira li xi kultant ngħaddi minn ħdejha u nħokk mal-ħajt biex inħalli mal-ġakketta ftit trab mit-tmermir tal-faċċata, ma’ banju ilma sħun ifuħ, ma’ qmis bajda mgħoddija. Però l-memorja li għandi tiegħu tieqaf hemm. Ġieli nara ismu f’xi ċertifikat maħruġ mill-Insinwa, ġieli jkolli niktbu meta nkun qed nimla xi formola, u m’ilux staqsewni għalih biex joħorġu ċ-ċertifikat tal-mewt t’ommi. Il-bqija, baħħ.

Minn dawn l-ittri mibgħuta mil-Libja, Omar fl-aħħar jibda jgħaqqad l-istorja ta’ ommu u Otman, jibda jifhem l-aġir tal-familja tiegħu u t-tifsira ta’ ċerti memorji. U hekk kif jibda jimla l-lakuni f’dak li jaf dwaru nnifsu, fl-istorja tiegħu u ta’ niesu, u ta’ min kienu eżattament niesu, jibda jimla wkoll il-lakuni fl-istorja tagħna. L-istorja tibda fis-sebgħinijiet, f’dawk is-snin meta dan il-pajjiż tant qrib tagħna, f’daqqa waħda beda jinħass eqreb minn qatt qabel 


Hosted on Acast. See acast.com/privacy for more information.

Comments 
00:00
00:00
x

0.5x

0.8x

1.0x

1.25x

1.5x

2.0x

3.0x

Sleep Timer

Off

End of Episode

5 Minutes

10 Minutes

15 Minutes

30 Minutes

45 Minutes

60 Minutes

120 Minutes

Es Sidr (silta) - Omar N’Shea

Es Sidr (silta) - Omar N’Shea